Internazzjonali Kurżitajiet

FILMAT: Tifel ta’ 14-il sena arrestat talli żifen il-Macarena f’nofs ta’ triq fl-Arabja Sawdija

Tifel ta’ 14-il sena kien arrestat fil-belt ta’ Jeddah fl-Arabja Sawdija wara li beda jiżfen f’nofs ta’ triq mal-kanzunetta popolari tas-snin 90 , Macarena. It-tifel kien akkużat fuq att immorali fil-pubbliku.

L-arrest tiegħu kienet informazzjoni li ħarġet fil-media internazzjonali it-Tnejn imma jirriżulta li l-każ seħħ is-sena l-oħra. Il-Pulizija f’Mecca qalu li t-tifel ħarbat l-andament tat-traffiku.

Il-filmat ta’ 45 sekonda tat-tifel jiżfen il-Macarena qed idur fuq il-mezzi soċjali madwar id-dinja kollha

Ħafna qed jiddiskrivu lit-tifel bħala leggenda u bħala eroj li żifen il-Macarena fl-Arabja Sawdija. Kien hemm imbgħad min qabel li t-tfel kellu atteġjament immorali.