Il-McLaren ħabbru li għall-istaġun li ġej se jżommu lis-sewwieq Stoffel Vandoorne. Is-sewwieq Belġjan bħalissa qed jagħmel id-debutt tiegħu fil-Formula 1 u sena ilu saq minflok Fernando Alonso fil-Grand Prix tal-Bahrain. Dakinhar Alonso kien imweġġa’ u Vandoorne temm fit-12-il post.
Din is-sena hu kiseb l-ewwel punti tiegħu meta spiċċa fl-10 post waqt il-Grand Prix tal-Ungerija.
Vandoorne, li għandu 25 sena, qal li hu kuntent ħafna b’din l-aħbar u issa se jagħmel minn kollox biex jiffoka fuq il-Grand Prix ta’ tmiem il-ġimgħa li se jsir proprju f’pajjiżu, fil-Belġju.
Minn naħa tiegħu d-Direttur tal-McLaren Eric Boullier qal li Vandoorne laħaq l-aspetazzjonijiet tiegħu f’dan l-istaġun u kien għalhekk li għażlu li se jżommuh.
//= $special ?>