Njongo Priso hu plejer ta’ Pembroke Athleta wara li ffirma kuntratt ta’ sentejn mal-istess klabb.
Għal Priso din mhux se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu f’Malta hekk kif fil-passat lagħab ma’ Msida St. Joseph, Valletta, Sliema Wanderers u Mosta.
Ilbieraħ Priso niżel għall-ewwel darba għat-taħriġ mat-tim tiegħu u jista’ jiddebutta fl-ewwel logħba tal-Ewwel Diviżjoni nhar it-8 ta’ Settembru li ġej kontra Żabbar.
VALLETTA – Valletta laħqu ftehim li jfisser li l-klabb se jibda juża l-grawnds u l-faċilitajiet ta’ Fgura United għat-taħriġ. Dan ifisser li twaqqaf il-ftehim li kien hemm preżenti ma’ Senglea Athletic klabb li llum-il ġurnata jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Minkejja diversi wegħdiet, il-klabb tal-kapitali għadu sa llum-il ġurnata mingħajr grawnd tiegħu.
300 logħba għal Farrugia
Fi tmiem il-ġimgħa, d-difensur ta’ Mosta Tyrone Farrugia lagħab it-300 logħba tiegħu fil-Kampjonat Premier hekk kif dawn affrontaw lil Valletta.
Fil-Kampjonat Premier, minbarra 117-il logħba ma’ Mosta lagħab ukoll 128 darba ma’ Msida St. Joseph u 56 logħba ma’ Floriana.
Farrugia, li llum għandu 28 sena, kien iddebutta ma’ Msida fil-Kampjonat Premier tal-2004/05 meta kellu 15-il sena, seba’ xhur u tmint ijiem biex b’hekk dakinhar sar l-iżgħar plejer li qatt iddebutta sa mit-twaqqif tal-Premier fl-1980.
Hu lagħab ukoll ma’ Sirens FC fl-Ewwel Diviżjoni matul l-ewwel parti tal-istaġun li għadda, biex b’hekk fil-karriera tiegħu s’issa lagħab total ta’ 347 logħba uffiċjali. Farrugia b’hekk sar it-43 plejer li laħaq dan it-tragward storiku.
//= $special ?>