Sitt personalitajiet Maltin ħejjew ruħhom għal missjoni f’Żambja fejn fost l-oħrajn ser ikunu qed jibnu skola għat-tfal.
Din il-missjoni, organizzata minn Missio Malta, ser tixxandar ukoll fuq l-istazzjon Nazzjonali.
Din is-sena il-grupp se jkun qed jaħdem f’villaġġ zgħir ta’ Lumesi fiż-Żambja fejn ftit tal-ġimgħat ilu ntlaqat minn maltempata u fost diversi ħsarat, aktar minn mija u ħamsin tifel u tifla spiċċaw mingħir skola. B’hekk il-grupp Malti, ser ikun qed jgħin sabiex tinbena mil-ġdid din l-iskola.
Net News tkellem ma’ Robert Farrugia fejn qalilna x’inhu mistenni minn din l-esperjenza u x’ser tkun il-ħidma tal-personalitajiet fiż-Żambja.
Tkellimna wkoll ma’ żewġ personalitajiet, Arthur Caruana u Stephanie Hili li se jagħmlu din l-esperjenza għall-ewwel darba.
Il-grupp irringrazzja l-pubbliku għad-donazzjonijiet b’risq dan il-proġett.
//= $special ?>

