Il-FIFA qed tinvestiga ilment ta’ Neymar dwar bonus li ma tħallasx mingħand Barcelona. L-investigazzjoni hi ilment separat wara li t-Tlieta l-klabb Katalan ħabbar li se jressaq lil Neymar fuq allegat ta’ ksur fil-kuntratt ta’ €8.4 miljun.
Barcelona qed jirrifjutaw li jħallsu bonus ta’ €25 miljun lill-missier Neymar wara li kien ġedded il-kuntratt is-sena l-oħra. Sors fi Spanja viċin il-plejer qal lill-media internazzjonali aktar kmieni dan ix-xahar li Neymar mhux kuntent dwar dan in-nuqqas ta’ pagament.
Kelliem għal FIFA qal lil Sky Sports fl-Ingilterra li l-materja għadha pendenti u qed tiġi investigata u għalhekk sostna li mhux f’pożizzjoni li jikkumentaw. Il-kelliem ta’ Barcelona Josep Vives afferma li l-klabb mhux se jħallas il-bonus lill-missier Neymar.
“Kien hemm tliet kundizzjonijiet. Il-plejer ma jistax jinnegozja t-tluq mill-klabb fix-xahar qabel mal-bonus sara pagabbli, irid juri x-xewqa li jonora l-kuntratt u li aħna ma nħallsux il-bonus qabel l-ewwel ta’ Settembru biex nassiguraw li s-suq tat-trasferimenti jkun magħluq. Issa li nafu li l-ebda minn dawn it-tliet kundizzjonijiet ma nżammewx, mhux se nonoraw il-bonus,” qal Vives.
//= $special ?>