Elezzjoni Kap PN Lokali

“Irridu nibdew nindirizzaw serjament l-ambjent u l-livell ta’ tniġġiż” – Frank Portelli

Il-Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli tkellem dwar waħda mill-ewwel affarijiet li jgħamel kieku kellu jirbaħ l-elezzjoni għall-kap tal-Partit. Wara li tintrebaħ l-elezzjoni ġenerali mill-Partit jibda’ b’mod serju jindirizza l-ambjent u t-tniġġiż f’pajjiżna.

Frank Portelli kompla jgħid li hawn Malta għadna 350,000 karozza, 40% min dawn jaħdmu bid-diesel u 60% jaħdmu bil-petrol. Dawn qed iniġġsu l-ambjent ta pajjiżna u jġibu ħafna mard, bħal kanċer tal-pulmun, ażżma, problemi taċ-ċirkolazzjoni, u mard ieħor bħal dan. Jekk wieħed ikun imwaħħal fit-traffiku il ħin kollu jkun qed idaħħal f’imnifsejħ it-tniġġiż li ħiereġ mill-karozza ta’ quddiemu. L-għar huma l-karozzi diesel.

Portelli qal li l-proposta tiegħu f’dan ir-rigward tkun li nibdew bil-karozzi antiki, dawk li għandhom il-fuq minn 10 snin eskluż il-karozzi klassiċi. Qal li rridu nissussidjaw, fejn tingħata somma lis-sidien ta’ dawn il-karozzi partikolarment ta’ dawk li jaħdmu bid-diesel, anka sa 50% tal prezz, biex inħajjruhom jaqilbu għal vettura li taħdem bl-elettriku.

Frank Portelli spiċċa billi qal li dan kollu ġie stmat finanzjarjament, u l-pajjiż skema bħal din jista jagħmilha, u dan apparti mill-fatt li dan hu tajjeb għall saħħitna u niffrankaw ukoll il-flus mitt-trattament ta dan il-mard.