Lokali

Isofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn mutur u karozza fis-Sannat

Raġel ta’ 41 sena mis-Sannat Għawdex sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta fix-Xewkija. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7a.m.  fi triq il-Gruwa meta seħħ impatt bejn vann pickup Mitsubishi L200 misjuq minn raġel ta’ 20 sena mix-Xewkija u mutur tal-għamla Honda misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura iżda aktar tard ġie trasferit lejn l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.