Lokali

Iweġġa’ gravi wara li jaqa’ minn fuq vapur

Il-ħaddiem li weġġa' hu mill-Qrendi

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4:30am seħħ inċident fuq vapur fl-inħawi tal-Port il-Ħieles, f’Birżebbuġa.

Minn stħarriġ preliminari illi sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li raġel ta’ 52 sena mill-Qrendi waqa’ waqt li kien qiegħed jamel użu minn taraġ fuq l-istess vapur.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuna l-isptar Mater Dei u iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.