Raġel ta’ 45 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat mill-vann tiegħu stess meta għal xi raġuni mexa.
Jirriżulta li għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, ir-raġel ipparkja l-vann fi Triq Santa Marija, f’Birkirkara u ħareġ minnu, kif ir-raġel mexa, il-vann tat-tip Ford Transit mexa wkoll u laqat lir-raġel.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>