Kyle Walker-Peters iffirma kuntratt ġdid ma’ Tottenham sal-2020. It-tim minn Londra kienu interessati li jakkwistaw lid-difensur laterali Serge Aurier mingħand Paris Saint-Germain, iżda għażlu li jiffirmaw fit-tul lid-difensur ta’ 20 sena.
Tottenham biegħu lill-ewwel għażla tagħhom Kyle Walker lil Manchester City fis-sajf għas-somma ta’ ftit aktar minn €54 miljun, b’Kieran Trippier ikun preferut mill-manager Mauricio Pochettino lejn tmiem l-istaġun.
Walker-Peters qal li jinsab ħerqan għal futur ma’ Tottenham. Id-difensur żagħżugħ għamel id-debutt ma’ Tottenham fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Newcastle fl-ewwel logħba tal-kampjonat, iżda ma kienx utlizzat fit-telfa ta’ 2-1 kontra Chelsea f’Wembley, b’Trippier ikun utilizzat mill-bidu.
Walker-Peters kien imfaħħar minn Dele Alli wara l-logħba brillanti kontra Newcastle u qal li l-manager Pochettino se jtih l-opportunità dan l-istaġun. Alli qal li Walker-Peters jinsab fi klabb fejn il-manager jagħraf li jekk wieħed jitħarreġ sew u jaħdem iebes, jingħata l-opportunità li jilgħab fil-Premier League.
//= $special ?>