Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Pietro Ghedin sejjaħ 23 plejer għal partiti tat-tim nazzjonali Malti kontra l-Ingilterra f’pajjiżna u kontra l-Iskozja fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.
L-attakkant Jean Paul Farrugia li bħalissa għaddej minn perjodu eċċellenti mal-klabb tiegħu Chiasso, se jkun qed jirritorna fl-iskwadra wara li kien sospiż fit-telfa ta’ 2-0 kontra s-Slovenja. Alfred Effiong se jitlef il-logħba kontra l-Ingilterra minħabba li rċieva t-tieni karta safra kontra fl-istess partita kontra s-Slovenja, iżda xorta ssejjaħ fl-iskwadra biex jilgħab kontra l-Iskozja f’Hampden Park fl-4 ta’ Settembru.
Fl-iskwadra magħżula hemm ħames plejers li bħalissa jilagħbu barra minn Malta. Dawn huma d-difensuri Zach Muscat u Sam Magri, il-midfielder Luke Gambin u l-attakkanti Andrè Schembri u Jean Paul Farrugia.
Fost l-iskwadra hemm il-gowlkiper Steve Sultana ta’ Ħamrun Spartans u ż-żewġ plejers Michael Johnson u Lydon Micallef li huma l-uniċi tliet plejers li għadhom ma lagħbux.
L-iskwadra magħżula
Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Andrew Hogg (Hibernians), Steve Sultana (Ħamrun Spartans)
Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Steve Borg (Valletta), Ryan Camilleri (Valletta), Clayton Failla (Hibernians), Michael Johnson (Balzan), Sam Magri (Ebbsfleet United), Zach Muscat (Arezzo), Alex Muscat (Sliema Wanderers), Joseph Zerafa (Valletta)
Midfielders: Clyde Borg (Floriana), Ryan Fenech (Balzan), Paul Fenech (Balzan), Bjorn Kristensen (Hibernians), Luke Gambin (Luton Town), Steve Pisani (Floriana)
Attakkanti: Alfred Effiong (Balzan – għad-dispożizzjoni kontra l-Iskozja); Jean Paul Farrugia (Chiasso), Lydon Micallef (Balzan), Michael Mifsud (Valletta), Andrè Schembri (Apollon Limassol)