Raġel ta’ 45 sena mill-Qala Għawdex kien ikkundannat għal 18-il xahar ħabs, sospiżi għal sentejn wara li ammetta l-Ħadd li għadda ikkaġuna ħsara volontarja fuq vettura f’Għajnsielem, liema ħsara tammonta għal iktar minn €2,500.
Il-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex, preseduta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, ordnat lill-akkużat biex jagħmel tajjeb għall-ħsara li kkaġuna fuq il-vettura fi żmien sitt xhur.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Spiteri.
//= $special ?>