Ftit tal-ħin ilu inħasset theżżiża f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Din it-theżżiża nħasset għall-ħabta tal-11:16am.
It-terremot inħass sew minn Ħal Qormi, Birkirkara, Ħal Għaxaq, iż-Żurrieq, l-Imsida, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u anke Marsaxlokk.
Mill-informazzjoni li tidher fis-sit tal-Universita’ ta’ Malta jirriżulta li dan it-terremot seħħ ftit ‘il barra mill-kosta Maltija, fin-naħa tal-Lvant.
Dan it-terremot seħħ jumejn biss wara l-istraġi li ħalla warajh it-terremot f’Ischia fl-Italja, fejn mietu żewġ persuni.
//= $special ?>