Il-weightlifter Yazmin Zammit Stevens kella prestazzjoni eċċellenti fil-kategorija tat-63kg fil-Logħob Dinji Universitarju ġewwa Taipei. Zammit Stevens waqqfet sitt rekords nazzjonali oħra li jfisser li s’issa hi kisret 53 rekord nazzjonali fil-karriera tagħha.
Hi temmet fid-19-il post fuq livell dinji u rnexxiela wkoll tmur aħjar minn atleti mill-Istati Uniti, id-Danimarka, New Zealand, ir-Russja u t-Tajlandja.
Il-parti tas-snatch kienet qed tkun diffiċli wara li t-tieni tentattiv tagħha kien ta’ 77 kg ingħatat bħala tajjba mit-tliet referees tal-kompetizzjoni iżda iktar tard kienet mibdula għal refa’ ħażina mill-ġurija għal moviment żgħir fuq wieħed mil minkeb. Hi falliet it-tielet tentattiv tagħha ta’ 78 kg li fisser li l-aħjar refa’ kienet dik ta’ 74 kg.
La darba riedet rimonta, hi fetħet b’suċċess il-Clean and Jerk b`refa’ eċċelenti ta’ 93 kg li kienet 2kg ogħla mill-aqwa tagħha f’din il-klassi tal-piż.
Zammit Stevens eventwalment kompliet tagħmel it-tieni u t-tielet refgħat tagħha f’96 kg u 98 kg li fisser li t-tliet refgħat kienu rekords nazzjonali kif ukoll inkisru t-tliet rekords fuq it-total.
Ir-refa’ ta’ 98 kg mhux biss hi żieda qawwija ta’ seba’ kg fuq ir-rekord preċedenti tagħha iżda hu l-aħjar rfigħ personali u ta’ kull żmien.
//= $special ?>