Wayne Rooney ħabbar li rtira mill-futbol internazzjonali b’effett immedjat biex b’hekk se jkun qed itemm l-esperjenza tiegħu bħala captain tat-tim nazzjonali Ingliż wara diskussjoni mal-manager Gareth Southgate.
Rooney li għandu 31 sena ngħaqad ma’ Everton mingħand Manchester United f’dan is-sajf wara 13-il sena f’Old Trafford, u kienx mgħajjat minn Southgate għal partiti li kellhom kontra l-Iskozja u Franza f’Ġunju li għadda.
Il-bidu pożittiv li kellu f’Goodison Park beda jwassal għal spekulazzjoni li Rooney jista’ jerġa’ jkun fl-iskwadra Ingliża għal partiti kontra t-tim nazzjonali Malti u s-Slovakkja.
Rooney lagħab 119-il logħba u skorja 53 gowl biex sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien, kif ukoll hu t-tieni l-aktar plejer li lagħab mal-Ingilterra, sitt logħbiet anqas mill-gowlkiper Peter Shilton.
L-attakkant ħareġ stqarrija fejn qal li kienet aħbar tajba li Gareth Southgate ċempillu din il-ġimgħa biex jgħidlu li riedu fl-iskwadra Ingliża għal partiti li jmiss fejn qal li apprezza ħafna.
//= $special ?>