Lokali

L-MEA bi proposti għall-Baġit 2018

L-MEA proponiet li l-ewwel ġurnata tas-sick tiġi unpaid u tiġi trattata bħala 'waiting day'

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (l-MEA) ippubblikat il-proposti tagħha għal Baġit 2018, fejn il-punt prinċipali li tkellmet fuqu kien kif hemm bżonn li l-Gvern jindirizza l-problema li tinħoloq dwar l-iżbilanċ fil-kobor tas-setturi ekonomiċi differenti – li fl-aħħar iwassal għall-impatt fuq il-pagi tal-Maltin.

L-MEA qalet li hi tirrikonoxxi l-importanza li kwalita’ ta’ ħajja tikber flimkien mat-tkabbir ekonomiku – u fl-istess ħin l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Gvern biex fil-baġit li jmiss jittieħdu deċiżjonijiet li jħarsu fit-tul.

Fil-porposti tagħha, l-MEA kompliet tistqarr li mill-wegħdi li kien hemm fil-manifest elettorali, fosthom dik tal-introfuzzjoni tas-sick leave għall-ġenituri, paternal leave u festi pubbliċi – hemm bżonn ta’ diskussjoni serja dwar l-impatt li jista’ isofri min iħaddem.

Fost it-22 proposta li l-MEA elenkat fid-dokument insibu kif is-settur privat hu inkwetat dwar l-ammont ta’ impjegati li qegħdin jifqu mis-settur privat sabiex jiġu impjegati mas-settur pubbliku. Ġie propost ukoll li dwar d-deċiżjoni li l-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa jiżdiedu mal-leave għandhom jiġu bbilanċjati b’miżuri li jikkumpensaw lil min iħaddem.

It-22 proposta tal-MEA:

1. COLA:

Fil-buġit tas-sena li għaddiet il-Gvern kien ħabbar avvanz fiż-żieda fil-COLA li se jitnaqqsu is-sena ddieħla. L-MEA qalet li dan għandu jiġi implimentat fil-baġit li ġej.

2. Festi Pubbliċi fi Tmiem il-Ġimgħa:

Id-deċiżjoni li l-festi pubbliċi li jiġu fi tmiem il-ġimgħa jiżdiedu mal-leave għandha tiġi bbilanċjata b’miżuri li jikkumpensaw lil min iħaddem, għandhom jiġu kkonsultati l-entitajiet li jirrapreżentaw min iħaddem qabel ma’ tiġi implimentata. Bejn l-2018 u l-2022 se jkun hemm total ta’ 19-il festa pubblika.

3. Impjegati fis-Settur Pubbliku:

Matul l-2017, l-MEA qalet li min iħaddem hu inkwetat minħabba n-numru ta’ ħaddiema li ħarġu mis-settur privat u jidħlu mas-settur pubbliku. Qalet li l-Gvern għandu jagħmel mezz li ma jtellifx l-impjegati lis-settur privat u jkun hemm kompetizzjoni ugwali bejn is-settur privat u dak pubbliku.

4. Identity Malta:

Minħabba ż-żieda fid-domanda għall-ħaddiema barranin il-proċess biex jingħata permess biex taħdem għandu jitjieb, u kif ukoll jingħaddu aktar riżorsi lil Identity Malta.

 5. Part-Time Work for TCNs:

L-MEA proponiet li TCNs jitħallew jaħdmu part-time. In-numru ta’ nies li hemm jaħdmu għandhom relattivament pagi baxxi u jista’ jkun li ma jleħħqux mal-ispejjeż għolja involuta fil-kiri.

 6. Positions of Trust:

L-MEA tkellmet kif il-positions of trust m’għandhomx jiġu użati b’tali mod li jkunu opporunitajiet biex jiġu appuntati nies bħala favuri politiċi. Ġie propost ukoll li Membri Parlamentari m’għandhomx jiġu mgħotija position of trust. Fuq l-istess tema, ġie prospost li l-kuntratti tal-impjiegi ta’ nies b’position of trust għandhom jiġu ppublikati. L-MEA kompliet tistqarr li pożizzjonijiet importanti fl-awtoritajiet għandhom jiġu approvati b’żewġ terzi tal-Parlament.

7. Is-Suq tal-Kiri u s-Social Housing:

L-MEA qalet li qabel ma’ tittieħed azzjoni dwar is-social housing, għandu jkun hemm eżerċizzju li jiddetermina jekk l-ammont preżenti ta’ social housing hux qed jiġi użat kif sippost – dan hekk kif hu fatt magħruf li s-social housing jingħata abbażi tal-alleanza politika tiegħek. L-MEA proponiet li s-social housing m’għandux jingħata abbażi permanenti, iżda minflok l-għotja tas-social housing ikun jiġi revedut. L-MEA qalet li l-propjeta’ u s-suq tal-kiri f’Malta hu ta’ inkwiet għal min iħaddem hekk kif l-inflazzjoni f’din iż-żona qegħda tgħolli d-domanda għall-pagi, li ma jiġix rifless fil-produttivita’.

8. Trasport u Immaniġġjar tat-Traffiku:

Il-Gvern għandu jinċentiva biex aktar karozzi elettroniċi jinxtraw u jintużaw fit-toroq Maltin. Hemm bżonn ukoll li jinstab mod alternattiv għat-trasport. Appellat lill-Gvern li biex jimplimenta t-traffic management plan.

9. Miżuri Favur il-Familja:

L-MEA temmen li kull miżura favur il-familji għandhom jiġu diskussi ma’ min iħaddem qabel jiġu implimentati.

10. SMEs u Micro Businesses:

Il-Gvern għandu jikkunsidra li jisponsorja lil Direttux Mhux Eżekuttivi f’bordijiet ta’ Micro Businesses u Start-ups sabiex jinkuraġġixxi l-kultura ta’ corporate governance f’Malta.

11. Air Malta:

L-MEA qalet li hemm bżonn ta’ deċiżjoni strateġika għal Air Malta. L-MEA kompliet li l-Air Malta tista’ żżomm l-impjegati li għandha jekk iżżid id-dħul – u għaldaqstant l-MEA appellat għal deċiżjoni ċara fix-xhur li ġejjin.

12. Private Public Partenerships:

L-MEA qalet li hemm skop għall-privatizzazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ ċertu attivitajiet pubbliċi – fosthom l-Air Malta u l-Wasteserve.

13. Think Tank dwar Brexit:

Il-Gvern għandu jorganizza grupp ta’ nies li jaħdmu fuq il-Brexit, fejn isegwi l-iżviluppi, jistabilixxi xenarji fejn Malta tista’ tiġi affettwata, jidentitifika opportunitajiet relatati u theddid dwar kull xenarju, u jipproponi pjan ta’ azzjoni.

14. Edukazzjoni:

L-MEA proponiet fost l-oħrajn li persuni li m’għandhomx impjieg u huma barranin għandhom jibdew jattendu korsijiet edukattivi. Għandu jkun hemm aktar inċentivi biex ninkuraġixxu studenti jidħlu fi skemi tal-apprentistat.

15. A Level Playing Field:

L-Assoċjazzjoni gergret li mhux il-parteċipanti kollha qegħdin isegwu l-istess set ta’ regoli, fejn skont l-MEA numru ta’ opertauri ta’ supermarkets qegħdin jirnexxielhom jagħmlu l-bejgħ minħabba ż-żieda fil-ħaddiema barranin – dan hekk kif grupp ta’ kumpaniji partikolari qegħdin jingħataw inċentivi tat-taxxa li tpoġġihom f’pożizzjoni aħjar mill-kompetituri.

16. L-Enerġija:

It-tariffi kummerċjali tal- enerġija huma għola minn dawk domestiċi, u huma għola wkoll mill-medja tar-rati fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li l-businesses iridu isoffru tariffi li tnaqqas il-kompettivita’ tagħhom. Barra minn hekk, minħabba l-prezzijiet preżenti taż-żejt, flimkien mal-beneffiċju tal-interconnector u l-gass, hemm bżonn li tonqos it-tariffa kummerċjali. L-MEA proponiet tariffi speċjali għal matul il-lejl.

17. Set Off:

L-MEA qalet li hi komuni li kumpaniji jkollhom d-dejn mal-Gvern, u l-istess il-Gvern mal-kumpaniji. Għaldaqtant minflko il-kumpaniji jeħlu l-multi, l-Assoċjazzjoni proponiet sistema’ fejn dan it-tip ta’ dejn jikkanċella lil xulxin.

18. Faċilitajiet għat-tfal:

Is-servizz tac-Child care jsita’ jiġi mtejjeb billi jikkunsidraw il-bżonnijiet ta’ numru ta’ familji li jaħdmu bix-shift. B’hekk hemm bżonn li jiżdiedu s-sigħat tal-ftuħ ta’ dawn iċ-ċentri.

19. Waiting Day:

L-MEA qalet li ħafna kumpaniji huma inkwetati dwar iż-żieda fl-użu ta’ sick leave – partikolarment fi ġranet li jwasslu għal tmiem il-ġimgħa itwal. B’hekk, l-MEA proponiet li l-ewwel ġurnata tas-sick tiġi unpaid u tiġi trattata bħala ‘waiting day’.

20. Konformi mal-kriterji tas-CRPD:

Il-Gvern għandu jintroduċi inċentivi għall-businesses li jkunu konformi mal-kriterji tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’. Għandu jkun hemm fast lane għall-applikazzjonijiet biex jiġu alterati postijiet tax-xogħol għal persuni b’diżabilita’.

21. Legalizzar tal-Marijuana:

L-MEA qalet li min iħaddem huma kkonċernati mal-effett li tħalli l-marijuana fuq il-post tax-xogħol, u jekk tiġi legalizzata l-marijuana din għandu jkollha miżuri serji li jipproteġu l-post tax-xogħol. L-MEA talbet għal konsultazzjoni sħiħa dwar dan il-pass.

22. Kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali:

F’każijiet fejn l-impjati jaħdmu part-time jew reduced hours huma jħallsu inqas mir-rata minima tas-Sigurta’ Soċjali, fejn min iħaddem ma jistax jiġi obbligat li jħallas ir-rata minima. Dak li jħaddem għandu jħallas l-ekwivalenti ta’ dak li ħallas l-impjegat.