Elezzjoni Kap PN Lokali

Bżonn ta’ living wage għall-anzjani – Frank Portelli

“Il-pensjonanti hawn Malta huma l-aktar nies li qegħdin finanzjarjament batuti; bil pensjoni biss ma tistax tgħix, u jekk għandek xi ħaġa mwarrba jkollok tiekol min ġewwa” Dan qalu l-Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Frank Portelli.

Hu kompla jgħid li ltaqa ma ħafna pensjonanti, u lanqas waħda li kellha kienu erba mijja u ħamsin euro fix-xagħar, li minnhom trid tħallas kollox, trid tħallas il kera, dawl u ilma, trid tiekol u tilbes, trid tħallas kollox! Ara dan kif jista jkun. Kompla jgħid li ltaqa ma iehor li kellu sitt mija u tletin ewro, hu u l-mara, u reġa’ staqsa kif tista tgħix b’għoxrin ewro kuljum!

Fil-bidu ta dan il messaġġ tal-lum, Dr. Portelli qal ukoll li xi minn daqqiet kienu jgħidulu fuq l-eta’ tiegħu għax għandu sebajn sena. Hu rrisponda għal dan billi qal li hawn Malta hawn mitt elf ruħ li għandhom il-fuq minn sittin sena, u li forsi kien għal hekk li kien iħares lejn il-pensjonanti b’lenti speċjali.

Frank Portelli qal li waħda mill-ewwel proposti tiegħu kieku l-Partit Nazzjonalista kellu jkun fil-Gvern, kienet tkun li nagħtu a living wage u mhux minimum wage. bħal issa hu kalkulat li l-living wage għanda tkun ta madwar elf Euro fix-xgħar. Fil fatt dan kien japplika għall kulħadd u mhux għall pensjonanti biss. Din għandna ngħamluha għax il-pensjananti kienu ħadmu għal-pajjiż u ħalsu l-bolli kif kienu ġew mitluba, allura issa li kellhom bżonna konna se nċaħduhom mill- living wage jew aħjar mill-living pension staqsa Frank Portelli?

Dr. Portelli temm billi qal li kien jaħseb li din għanda tkun waħda mill-ewwel prioritajiet tiegħu, u mhux li ssir fuq erba’ jew ħames snin, imma tibda mill-ewwel, għaliex aħna kull sena nitilfu madwar erba’ t’elef ruħ min dal-pajjiż, u dawn in-nies ma jistawx jistennew!