Elezzjoni Kap PN

FILMAT: Adrian Delia jiċħad li għandu flejjes barra minn Malta

Fi stqarrija, il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia innega kategorigament li għandu jew qatt kellu xi flus barra minn Malta kif allegat illum Daphne Caruana Galizia.

Hu tenna li m’għandux flejjes fl-ebda ġurisdizzjoni għajr f’Malta u qatt ma kellu la mal-bank Barclays, kif qed tallega Daphne Caruna Galizia, u lanqas fl-ebda bank barrani ieħor.

Bħalissa Adrian Delia talab attivament lill-Qorti biex tiftaħ u r-rikors jinstema’ b’urġenza ħalli jressaq kawża ta’ libell kontra Daphne Caruana Galizia.

Adrian Delia dalgħodu wkoll ta l-kummenti lill-media quddiem il-Qorti.