Il-holders tal-League Cup, Manchester United se jibdew jiddefendu t-titlu li rebħu sena ilu bil-partita kontra Burton Albion f’Old Trafford.
Din se tkun l-ewwel darba f’dawn l-aħħar 11-il sena li Burton se jkunu qed jilagħbu kontra Man Utd. Dakinhar Burton kienu kisbu draw mill-aqwa f’Old Trafford kontra tim li fih kellu plejers bħal Rooney u Ronaldo.
Fl-istaġun li għadda Man Utd kienu għelbu lil Southampton bi skor ta’ 3-2 fil-finali tal-League Cup.
Dan sar magħruf meta ttellgħu l-poloz fil-belt ta’ Beijing. Bla dubju l-aktar logħba interessanti se tkun dik bejn Liverpool u Leicester. Logħba oħra bejn żewġ timijiet tal-Premiership se tkun dik bejn Manchester City u West Bromwich Albion.
Il-partiti tal-aħħar 16 se jintlagħbu fil-ġimgħa li tibda fit-18 ta’ Settembru.
Il-polza:
WBA v Manchester City
Everton v Sunderland
Leicester City v Liverpool
ManUtd v Burton Albion
Brentford v Norwich City
Wolvesv Bristol Rovers
Burnley v Leeds
Arsenal v Doncaster Rovers
Bristol City v Stoke City
Reading v Swansea City
Aston Villa v Middlesbrough
Chelsea v Nottingham Forest
West Ham Utd v Bolton
C.Palace v Huddersfield Town
Tottenham v Barnsley/Derby County
Bournemouth v Brighton