Lokali

In-Nazzjon 24.08.2017

Ir-rapporti ta’ Joe Mikallef u ritratti ta’ Martin Agius marbuta mal-isfrond tas-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat, u l-ħerba li ħalla warajh dan l-inċident li fortunatament seħħ matul il-lejl, jiddominaw il-ġurnal tal-lum ta’ In-Nazzjon, b’reazzjonijiet, kummenti u analiżi tal-ħsarat li saru f’dan il-patrimonju ta’ missirijietna.

Storja oħra ewlenija hi marbuta mad-dibattitu li se jsir illejla fuq Net TV bejn il-kandidati li qed jikkontestaw il-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista hekk kif għada s-Sibt isir l-early voting bl-elezzjoni li fiha se jivvutaw il-kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali biex jagħżu tnejn minn erba’ kandidati, issir is-Sibt 2 ta’ Settembru.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Angelo Micallef dwar il-presidenza ta’ Trump, u dik ta’ Antonello Cuschieri dwar il-kampanja li għaddejja mill-kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni għall-Kap ġdid tal-PN.