Il-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani tal-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat fl-aħħar sigħat irċeviet ammont kbir ta’ għajnuna mill-pubbliku mhux biss mir-Rabtin. Dan wara li l-Erbgħa il-Patrijiet Franġiskani qamu maħsuda meta sabu li waqa’ parti mis-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu.
netnews.com.mt reġa’ żar il-Knisja fejn bħalissa għaddej ix-xogħol biex jinħareġ it-terrapin u jinżammu l-biċċiet tal-irħam li kienu jiffurmaw l-altar ta’ quddiem li tkisser kompletament.
Fr Martin Coleiro, l-gwardjan tal-Knisja u li kien hu li sab is-saqaf imwaqqa’ fuq l-altar l-Erbgħa filgħodu qal li ġabu anke l-periti li assigurawhom li l-kumplament tas-saqaf tal-Knisja hu fi stat tajjeb. Qal wkoll li l-ħinijiet tal-quddies se jinżammu l-istess għalkemm il-post fejn iqaddsu se jinbidel għalissa.
Fil-Knisja ta’ Ġieżu sibna jgħin lill-marmista Ronald Pisani li 28 sena ilu kien hu li ddisinja u ħadem l-altar, Issa se jerġa jkun hu biex jerġa’ jsib l-irħam biex jaqbel mal-parti ta’ wara tal-altar għalkemm id-disinn se jibqa’ kif kien oriġinarjament.
Ronald Pisani llum għandu 65 sena. Hu mill-Ħamrun u joqogħod Tas Sliema. Ma’ netnews irrakonta kif il-gwardjan tal-Knisja ta’ Ġieżu kien avviċina lilu biex jaħdem fuq l-altar 28 sena ilu.
Fost il-knejjes li ħadmilhom l-altar, il-marmista Pisani hemm f’Għawdex – Fil-Munxar fix-Xagħra, fil-Qala fiż-Żebbuġ u f’San Lawrenz. F’Malta mbgħad ħadem l-altari tal-knisja ta’ Santa Tereża f’B’Kara, ta’ Wied il-Għajn, ta’ Ħal Luqa, tal-Knisja tal-Imsida ta’ Ġieżu tar-Rabat u ħafna aktar. Kien ħadem anke l-kolonni tal-irħam li hemm fil-Knisja tal-Karmnu fil-Belt Valletta li bħaliisa għaddejja minn żmien ta’ restawr.
Ronald Pisani uriena wkoll ktieb li kien ippublikat 28 sena ilu meta ġie inawgurat l-altar. F’dan il-ktieb hemm ir-ritratti ta’ kif kien oriġinarjament dan l-altar li kien sewa’ madwar Lm 8,000
//= $special ?>