Futbol Sport

Trasferimenti – Ibrahimovic lura ma’ Manchester Utd

Ibrahimovic

Kif kien mistenni, Manchester Utd ħabbru li reġgħu taw kuntratt ta’ sena lill-attakkant Zlatan Ibrahimovic.

Ibrahimovic diġa’ lagħab ma’ Man Utd fl-istaġun li għadda wara li kien iffirma kuntratt ta’ sena imma r-Red Devils ma ġeddulux il-kuntratt la darba dan skada.

Ibrahimovic kien skurja 28 gowl mat-tim f’46 logħba imma lejn tmiem l-istaġun sofra injury serja u minħabba f’hekk kellu jkun operat.

Riżultat ta’ dan l-attakkant Żvediż se jdum barra mill-azzjoni sa tmiem din is-sena b’hekk issa Man Utd se jkunu qed jistennew lil Ibrahimovic jirkupra qabel ma jerġa’ jibda jilgħab f’Jannar li ġej.