Sport Sport Ieħor

UEFA FUTSAL CUP – Rebħa konvinċenti għal Luxol

Azzjoni mill-partita bejn Luxol u Diamant Linz (Ritratt – Joe Borg)

It-tim ta’ Luxol Futsal kiseb rebħa konvinċenti fl-ewwel partita fir-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup.

Dan wara li f’Linz l-Awstrija, l-Erbgħa filghaxija, huma għelbu liċ-Champions tal-Awstrija FC Diamant Linz bl-iskor ta’ 7-1.

Ta’ min jinnota li dan mhuwiex l-ikbar skor għall-klabb Malti barra l-pajjiż wara li fl-istess kompetizzjoni l-istaġun li għadda Valletta kienu għelbu lill-Iskoċċiżi ta’ Wattcell bl-iskor ta’ 9-3.
Wara ftit sekondi Luxol marru fil-vantaġġ mill-Brażiljan Rogerio dos Santos.

2-0 ta’ Mark Zammit, biex il-Maltin komplew jieħdu aktar kunfidenza u għalqu l-ewwel taqsima b’żewġ gowls oħra skurjati minn Emil Raducu u l-Kroat Nikola Perkovic għal riżultat ta’ 4-0 sal-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima Luxol baqgħu superjuri u b’gowls ta’ Celino Alves, GianCarlo Sammut u d-doppjetta ta’ Perkovic għamlu l-iskor 7-0 qabel goal ta’ konsolazzjoni fl-aħħar sekondi għat-tim Awstrijak, għal skor finali f’wirja konvinċenti għaċ-champions Maltin.