Elezzjoni Kap PN Lokali

“Aħna qiegħdin hemm biex ngħaqqdu lill-Maltin kollha”

Frank Portelli

Fir-rapport tat-telfa tal-2013, kien hemm analiżi li saret min-nies professjonali mqabbdin apposta biex jagħmlu din it-tip ta’ analiżi, li minnha rriżultaw ħafna affarijiet, iżda minkejja dan qisna ma tajnix kasu u tfajnih f’rokna.

Dan qalu l-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli li kompla li llum il ġurnata għandna l-vantaġġ li wieħed jista’ jmur id-dar, ifittex fuq Google u jsib dan ir-rapport.

Waħda mill-affarijiet li ntqalu f’dan ir-rapport, li mbagħad kiteb fuqha b’mod aktar estensiv wieħed min dawn in-nies, il-Professur Simon Mercieca, kienet tgħid li l-Partit Nazzjonalista għandu mażżra m’għonqu.

Din il mażżra kienet persuna li f’dawn l-aħħar ħames snin kitbet fuq 500 familja u ħlief tgħajjarhom b’dak li għandhom u m’għandhomx m’għamlitx. “Mela aħna Partit li rridu nġibu d-diviżjoni? Mela aħna Partit li rridu nġibu l-mibgħeda?” staqsa Frank Portelli.

Jekk inkun hemm jien bħala Kap tal-PN, se jkun hemm distakk kompletament u ma jkollna x’naqsmu xejn ma dan it-tip ta’ ġurnaliżmu.
Frank Portelli temm jgħid li jiddespjaċih għax aħna qegħdin hemm biex naqdu lill-Maltin kollha u mhux wieħed inweġġgħuh u l-ieħor intellgħuh s-sema għax forsi jkun qed jagħmlilna xi pjaċiri speċjali.