ST ANDREWS……….3
BALZAN……………….2
St Andrews: M. Calleja Cremona, T. Grant, A. Borg, E. Pena Beltre, M. Gauci, M. Grima (J. Walker 81’), J. Farrugia, N. Perry (A. Friggieri 58’), D. Jackson, K. Atkinson, T. Azian (R. Martin 58’)
Balzan: I. Janjusevic, R. Fenech (C. de Fiori Mendes 76’), S. Bezzina, P. Fenech, B. Kaljevic, U. Ljubomirac, A. Effiong, J. Borg (A. Da Paixao Alves 67’), M. Johnson, E. Serrano Valero, L. Micallef (M. Lepovic 46’)
Imwissija: T. Azian 21’, T. Grant 47’, R. Martin 63’ (S), P. Fenech 38’, E. Serrano Valero 47’ (B)
Skorjaw: K. Atkinson 26’, 87’, N. Perry 40’ (S), A. Effiong 33’, B. Kaljevic 50’ pen (B)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Paul Apap, Ryan Aquilina
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Kevaun Atkinson (St. Andrews)
L-isfidanti għar-rebħ tal-kampjonat Balzan sofrew l-ewwel telfa meta sfaw megħluba minn St. Andrews 3-2 b’gowl lejn it-tmiem. Balzan kellhom taqsima diżappuntanti bi ftit azzjonijiet, iżda fit-tieni taqsima wara li ġabu d-draw, kellhom fejn jirbħu l-logħba, madankollu naqsu li jagħmlu dan, b’St. Andrews ikunu huma li jiskorjaw il-gowl tar-rebħa.
St. Andrews fetħu l-iskor fis-26 minuta meta Joseph Farrugia qassam lejn Kevaun ATKINSON minn barra l-kaxxa, bil-barrani jgħaddi tajjeb qalb id-difensuri ta’ Balzan u għeleb lil Janjusevic.
Ir-reazzjoni ta’ Balzan wasslet biex ħamesm minuti wara ġabu d-draw. Kien free-kick ta’ Ryan Fenech, b’Alfred EFFIONG jantiċipa lil Matthew Calleja Cremona u jiskorja f’lasta vojta.
It-tim ta’ Doncic reġa’ mar minn fuq ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Minn korner ta’ Grima, Pena Beltre għadda lejn Nehemiah Perry li għeleb lil Janjusevic b’daqqa ta’ ras.
Balzan ngħataw penalty fid-49 minuta meta Ljubomirac ġie ġġudikat li twaqqa’ minn Grant bir-referee Philip Farrugia jordna penalty. Mill-11-il metru l-attakkant Bojan KALJEVIC ma żbaljax.
Balzan bdew jippruvaw isibu l-gowl li bih jiskorjaw il-gowl tar-rebħa, iżda kienu St. Andrews li tliet minuti mit-tmiem skorjaw it-tielet gowl, meta reġa’ kien Kevaun ATKINSON li wera kapaċità hekk kif għeleb lil Janjusevic bil-veloċità u skorja l-gowl li ta l-ewwel punti lil St. Andrews.
//= $special ?>