It-tim tan-nisa ta’ Exiles Jetfreight rebaħ il-kampjonat tan-nisa għall-ewwel darba meta għad fadal logħba għal tmiem il-kampjonat, dan meta l-klabb qed jiċċelebra l-50 sena anniversarju tiegħu.
Ir-rebħa missielta ta’ 9-6 fuq Sliema fil-pitch tagħhom kienet biżżejjed biex Exiles jiksbu d-doppjetta fuq l-avversarji diretti għar-rebħ tal-kampjonat, hekk kif iż-żewġ timijiet kienu rebħu l-konfronti l-oħra kontra Neptunes, San Ġiljan u Birżebbuġa.
Exiles se jkunu preżentati bit-tazza fl-aħħar logħba tagħhom kontra Birżebbuġa l-Ħamis 31 ta’ Awwissu. Huma jerġgħu jiltaqgħu kontra Sliema fil-finali tal-BOV knock-out fit-2 ta’ Settembru fil-4.45pm.
//= $special ?>

