Futbol Sport

Hibs jagħmluhom tnejn b’rebħa minima fuq Ħamrun

Francisco Marino Clavero jaqbeż lil Marcelo Dias (Ritratt: Trevor Sollars)

Rapport: Keane Cutajar

ĦAMRUN S.……………..…0

HIBERNIANS………………1

Ħamrun: S. Sultana, K. Micallef (D. Camilleri 78’), D. Zerafa, T. Agius (C. Pedro Henrique 63’), T.Caruana (J. Galea 78’), T. Souza, G. De Castro, T. Espindola, A. Faria, V Gomes, F. Marino

Hibernians: A. Hogg, M. Kreuzriegler, R. Gomes, J. Lima, R. Soares, M. Dias, J. Degabriele (J. Mbong 77’), B. Kristensen, C. Failla (J Dos Santos 56’), A. Agius, M. Sahanek (D. Vella 87’).

Imwissija: G. De Castro 19’, T. Souza 37’ (HS) M. Sahanek 33’, C. Pedro Henrique 69’ (H)

Skorja: J. Degabriele 58’ (Hibernians)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Luke Portelli, William Debattista

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Bjorn Kristensen (Hibernians)

Attendenza: 1,086

Il-Brażiljani taż-żewġ timijiet reġgħu kienu tajjeb, f’partita li rajna l-ewwel taqsima toffri ftit li xejn azzjonijiet b’ħafna mil-logħob jintlagħab f’nofs il-grawnd b’periklu rari lejn il-lasti taż-żewġ naħat.

Il-logħba sbieħet lejn l-aħħar battuti tagħha, b’Hibernians japprofittaw mill-ftit azzjonijiet perikolużi li nħolqu. Il-fiżikalità ma’ naqsitx matul id-90 minuta bit-tim ta’ Miller juri ħarira iktar ambizzjoni.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima u l-ewwel gowl tal-partita wasal fit-58 minuta, meta wara ħarba veloċi minn pass ta’ Jackson Lima, Jurgen DEGABRIELE xeħet fix-xibka minn qagħda angolata.

Fis-67 minuta seta’ gie mogħti penalty lil Ħamrun meta Rui Da Garcia Gomes deher li seta’ waqqa’ lil Marino fil-kaxxa iżda Fyodor Zammit ħalla l-logħob għaddej. L-istess Marino deher jagħmel mossi lejn il-partitarji ta’ Hibernians u kien hawn li ż-żewġ settijiet ta’ partitarji qamu fuq tagħhom.

Mat-tokki tad-90 minuta, Jackson Lima sab lilu nnifsu f’pożizzjoni tajba wara kontrattakk ta’ Hibernians, bix-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’korner b’akrobazija ta’ Sultana. Mill-istess korner, il-ballun ġie għand Soares barra l-kaxxa li ra t-tentattiv tiegħu jkun salvat għal darba oħra bi bravura minn Sultana.

Fl-aħħar azzjoni tal-partita Ħamrun għal ftit ma skurjawx però Hogg kien attent u minn tulu tar biex salva ballun li deher gowl ċert.