Il-Forum Unions Maltin (For.U.M) ingħaqad mal-Union tal-Għalliema Maltin (MUT) u mal-General Workers’ Union (GWU) fl-oppożizzjoni tiegħu għall-proposta tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) li l-ewwel jum tas-sick leave ma jitħallasx.
Il-For.U.M. fi stqarrija qal li għamel din l-affermazzjoni flimkien mal-Unions l-oħra fil-laqgħat tal-Employement Relations Board fil-preżenza tal-Employers Associations.
Aktar kmieni: L-MUT tgħid li ma taqbilx mal-proposta dwar is-sick leave
Il-For.U.M qal li kull sick leave li jiġi ċċertifikat mit-tobba huwa sick leave ġenwin u għalhekk żgur li m’hemmx diskussjoni fuq dan it-tip ta’ sick leave. Il-For.U.M qal li min-naħa l-oħra, huwa kontra kull forma ta’ abbuż u lest jikkollabora ma’ min lest li jwaqqaf dan l-abbuż f’dan is-settur.
Il-Forum Unions Maltin saħaq li ma tistax taċċetta l-fatt li min hu ġenwin jeħel ma’ min qed jabbuża, u għalhekk għandhom jiġu identifikati dawk il-mekkaniżmi sabiex dan l-abbuż jieqaf.
Il-Forum Unions Maltin hija konfederazzjoni ta’ trade unions Maltinu hija membru tal-MCESD.
//= $special ?>