Fi tmiem din il-ġimgħa, se ssir il-ħames edizzjoni tal-Karnival tas-Sajf f’Marsaskala, bil-qofol tagħha ssir bħas-soltu f’Buġibba. Il-Karnival tas-Sajf se jerġa’ jkun imżewwaq b’parati, żfin u sfilati bil-karrijiet.
Fis-6pm illejla, se ssir il-logħba tradizzjonali tal-Ġostra viċin il-Pjazza ta’ Buġibba, bl-isfilata tal-Karrijiet tas-Sajf, li nħolqu apposta għal din l-attività, se tibda fis-7pm.
Ma jonqsux iż-żeffiena bil-kostumi, minn kumpanniji taż-żfin differenti, li jagħtu spettaklu lil dawk li se jattendu.
Il-Karnival tas-Sajf beda llum il-Ġimgħa u jibqa’ għaddej sal-Ħadd li ġej.
//= $special ?>