Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza laqgħa rigward żvilupp li qed iġġiegħel ħafna nies jilmentaw dwaru, b’mod speċjali lis-Siġġiwin u nies tal-madwar.
Il-laqgħa se ssir l-Erbgħa 13 ta’ Settembru 2017 fis-6 ta’ filgħaxija fi Triq Dun Manwel Zammit. Din il-laqgħa se tkun miftuħa għall-pubbliku kollu.
Is-Sindku tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit, qalet li l-Laqgħa Pubblika se ssir wara konsultazzjoni mar-residenti li qed jesprimu r-rabja tagħhom għall-awtoritajiet li jridu jimponu fuq is-Siġġiewi żvilupp esaġerat. Dan ser isir ukoll bħala appell lill-Gvern biex jgħatu kas is-saħħa tar-residenti.
Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qed isostni li l-iżvilupp se jkun qed jikkawża diversi sfidi fosthom sfidi marbuta mal-ippjannar, ambjent, parkeġġ, traffiku, infrastruttura u ndafa, u kwistjonijiet oħra.
Barra din il-laqgħa qed issir ukoll petizzjoni li se tingħata lill-awtoritajiet konċernati biex minflok dan l-iżvilupp isir proġett sostenibbli, fejn jitnaqqsu r-residenzi, isiru aktar faċilitajiet għall-komunita’ u jkun hemm spazju pubbliku għar-rikreazzjoni tal-familji Siġġiwin. Din il-petizzjoni qed issir minħabba d-densita’ tiegħu u l-isfidi li se joħloq f’żona ċentrali fis-Siġġiewi, qed jisħaq il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi
//= $special ?>