Lokali

Iweġġa’ serjament waqt li kien qed jgħabbi l-ġebel f’trakk

Parti minn Triq il-Fanal, l-Għasri

Raġel li kien qed jgħabbi xi ġebel fuq trakk weġġa’ serjament wara li għal xi raġuni waqa’ minn fuq it-trakk.

L-inċident seħħ f’bitħa privata fi Triq il-Fanal, l-Għasri, ftit qabel l-erbgħa neqsin kwart tal-Ħamis waranofsinhar u kien f’dak il-ħin li l-Pulizija li kienet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien iddaħħal ir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara l-inċident li seħħ fl-Għasri.

Ir-raġel għandu 61 sena u huwa residenti n-Nadur. Minnufih hu ttieħed l-isptar t’Għawdex fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Aktar tard hu kien trasferit lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Dan filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.