Qorti fil-Korea t’Isfel ikkundannat lil Lee Jae-yong, l-eredi dikjarat li se jieħu f’idejh il-kumpanija Samsung, għal ħames snin ħabs fuq korruzzjoni.
Lee, biljunarju, kien ikkundannat dwar tixħim fi skandlu li anki rriżulta fl-impeachment tal-eks-President tal-Korea t’Isfel, Park Geun-hye.
Intant, dan il-każ qajjem interess kbir fil-Korea t’Isfel, fost ir-rabja indirizzata għas-Samsung, li hi fost l-akbar kumpaniji fil-pajjiż.
Intant, Lee Jae-yong, li qed jiċħad l-akkużi kollha, kien qed jiffaċċa priġunerija għal 12-il sena.
Lee – magħruf ukoll bħala Jay Y Lee – hu effettivament il-kap tas-Samsung, li hu l-akbar manifattur tal-ismartphones fid-dinja. Intant, Lee kien ilu jinżamm arrestat minn Frar, b’konnessjoni ma’ sensiela ta’ akkużi dwar il-korruzzjoni.
L-akkużi fil-konfront ta’ Lee, fost oħrajn, huma dwar rikatt, frodi u ħabi ta’ assi barra pajjiżu. Hu qed ikun akkużat li qassam donazzjonijiet li jiswew għexieren ta’ biljuni lil fondazzjonijiet li ma jaħdmux bi qligħ u li jitmexxew minn Choi Soon – ħabib tal-eks-President Park – bi skambju għal favuri politiċi.
//= $special ?>