SENGLEA A………………0
VALLETTA……………….1
Senglea: T. Aquilina, J. Bondin, S. Bonnici, I. Azzopardi, A. Terracciano, B. Muscat (H. Vella 34’), M. Garcia, M. Escobar (P. Sammut 46’), I. Paz (A. Caseres 74’), N. Palmieri, T. Vella
Valletta: H. Bonello, U. Umeh, S. Borg, R. Camilleri, J. Zerafa, J. Cruz Gill, S. Malano, R. Saleh, R. Romao (D. Rocha dos Santos 66’), M. Mifsud (J. Borg 86’), N. Asercic (K. Nwoko 78’)
Imwissija: J. Cruz Gill 29’, J. Zerafa 86’ (V), M. Garcia 73’ (S)
Skorja: M. Mifsud 34’ (V)
Referee: Mario Apap
Assistenti Referees: Chris Francalanza, Peter Abela
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Michael Mifsud (Valletta)
Attendenza: 753
Gowl uniku ta’ Michael Mifsud fl-ewwel taqsima kien biżżejjed għal Valletta biex jiksbu t-tieni rebħa ta’ 1-0 din id-darba fuq Senglea Athletic. Wirja pożittiva ta’ Valletta li ddominaw il-logħba u kellhom diversi okkażjonijiet ta’ skorer, iżda naqsu li jagħlqu l-partita u ħallew lil Senglea b’ċans lejn it-tmiem biex isalvaw xi ħaġa mil-logħba.
Valletta fetħu l-iskor fl-34 minuta. Azzjoni għal darba oħra mibdija minn fuq ix-xellug, b’Joseph Zerafa jikkrossja u sab lil Michael MIFSUD li għolla siequ u bit-takkuna għeleb lil Aquilina b’konklużjoni għar-rokna. Żewġ minuti wara, Romao prova b’azzjoni personali meta qata’ għan-nofs u xxutja fil-baxx, iżda Aquilina salva mingħajr problemi.
Valletta fetħu t-tieni taqsima kif spiċċaw l-ewwel waħda u fit-48 minuta ngħataw penalty għal fawl tad-difensur Terracciano fuq Asercic. Iżda mill-11-il metru, ix-xutt fil-baxx tal-istess plejer għadda ftit barra. Erba’ minuti wara, kellu jkun Timmy Aquilina li żamm lit-tim tiegħu fil-logħba meta salva tajjeb free-kick insidjuż ta’ Malano.
//= $special ?>