Ritratt u storja tad-dibattitu bejn l-erba’ kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista u li xxandar ilbieraħ filgħaxija dirett fuq il-mezzi tal-media tal-Partit Nazzjonalista, jiddominaw l-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon tal-lum.
Storja oħra ewlenija fil-ġurnal tittratta l-analiżi marbuta mal-ispejjeż kbar li jridu jsiru wara li nhar l-Erbgħa sfronda parti mis-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu, fir-Rabat.
Aktar aħbarijiet fil-ġurnal jittrattaw il-proposti li qed tressaq l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) għall-Budget tal-2018, mixja ta’protesta mir-residenti ta’ Pembroke kontra l-bini ta’ skola privata max-xagħri tal-lokalità, u s-sitwazzjoni tal-kirjiet għoljin li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-istudenti Għawdxin.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa ta’ Joe M. Zahra dwar kif qed tonqos il-produzzjoni industrijali f’pajjiżna, kif ukoll ir-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard.
//= $special ?>