Lokali

ARA: Tliet dniefel joffru spettaklu madwar vapur ‘il barra minn Malta

Spettaklu minn tliet dniefel li, bejn sebgħa u tmien mili ‘l barra mill-Port il-Kbir, akkumpanjaw bastiment tal-merkanzija.

Il-filmat ittieħed minn wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ, żagħżugħ Eġizzjan li jgħix u jaħdem f’pajjiżna li f’kummenti lil Net News spjega l-entużjażmu fost l-ekwipaġġ għal dan il-fenomenu naturali.