Is-sewwieq tal-Mercedes Lews Hamilton kiseb il-pole position għall-Grand Prix tal-Belġju li se jsir il-Ħadd. Dan hu l-ewwel Grand Prix wara l-waqfa tas-sajf u Hamilton kompla minn fejn ħalla l-Ġimgħa wara li irnexxielu jtemm it-tieni sessjoni ta’ provi liberi fuq quddiem.
Din kinet is-68 pole li kiseb fil-karriera tiegħu biex b’hekk laħaq ir-rekord tal-ekssewwieq leġġendarju tal-Ferrari Michael Schumacher.
L-isfida minn dejjem dehret li kienet se tkun bejn il-Mercedes u l-Ferrari u din id-darba kien Hamilton li rebaħ l-isfida hekk kif irreġistra l-aħjar ħin u llum se jibda quddiem Vettel tal-Ferrari.
Mit-tielet post se jibda Valtteri Bottas tal-Mercedes filwaqt li mir-raba’ post se jibda Kimi Raikkonen tal-Ferrari.
Ta’ min jiftakar li nhar il-Ġimgħa Felipe Massa tal-Williams ngħata penalità ta’ ħames pożizzjonijiet.
//= $special ?>