Futbol Sport

Jaslu l-ewwel tliet punti għal Mosta

Keane Cutajar

MOSTA..…………………..3
LIJA A ………………..……1

Mosta: A. Vella, L. Ferreira, T. Farrugia, V. Thomas, I. Maric, D. Nworah (D. Fenech 66’), Z. Brincat (K. Frendo 78’), D. Xuereb, D. Zarate Bilbao, C J Martins Fernandes, E. Jonas Rodriguez
Lija: L. Bonnici, P. Babic (A. Galea 75’), L. Muscat, D. Scerri, L J Schembri (A. Sammut 72’), A. Borg, A. Bello Ossagie, McA Clinch, M. De Souza (C. Cassar 63’), O. Sidibe, D. Leeflang.
Imwissija: T. Farrugia 83’ (M)
Skurjaw: D. Xuereb 31’, Z. Brincat 45’, L. Ferreira 53’ (M), D. Leeflang 90’ (L)
Referee: Glenn Tonna
Il-mument Plejer tal-logħba – Christian Jorge Martins Fernandes (Mosta)

L-ewwel gowl fil-Kampjonat BOV Premier ta’ Dexter Xuereb, li riċentament ġie magħżul minn Silvio Vella mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena witta t-triq għal rebħa Mostija.
Johann Scicluna għażel li jgħamel tliet bidliet mill-ewwel 11 magħżula fit-telfa tagħhom kontra Valleta l-ġimgħa li għaddiet fosthom id-debuttant Leandro Henrique Ferreira li Mosta iffirmaw b’self mingħand Floriana, li ukoll niżzel ismu fost l-iskorers tal-partita.
Fuq in-naħa l-oħra Joseph Galea kien sfurzat jagħmel bidla waħda minħabba sospensjoni fej mal-ewwel 11 beda mill-bidu Predrag Babic.

Quddiem attendenza minima ħafna segwejna partita fejn Mosta kienu konsistenti u ikkontrollaw b’Lija jiddefendu għal ħafna ħinijiet.
Luke Bonnici irnexxilu jżomm ix-xuttijiet ta’ Mosta barra l-lasta għal nofs sija logħob qabel bdejna naraw il-gowls.

Iż-żgħażagħ Mostin impressjonaw f’logħba fej ukoll rajna l-ewwel gowl ta’ Lija Athletic fir-ritorn tagħhom fil-kampjonat premier.

L-ewwel xutt tal-partita wasal fill-11-il minuta minn freekick ta’ Martins Fernandes li prova dirett fil-lasta bil-gowlkiper ta’ Lija ma jzommx il-ballun, iżda id-difensuri tal-Athletic irnexxilhom ibegħdu l-periklu.

Fis-17-il minuta Veronese Thomas ittanta xortiħ minn pożizzjoni angolata barra il-kaxxa b’xutt b’saħtu li Luke Bonnici tajjar f’korner.

Fernandes reġa kien protagonist żewg minuti wara meta krossja lejn Ferreira b’dan ta’ laħħar issib lil Bonnici attent biex salva parzjalment qabel Antoinne Borg biegħed il-periklu minn viċin ħafna tal-linja tall-gowl.

Żewġ minuti qabel nofs sija logħob Mosta jerġgħu jersqu viċin meta Brincat dar tajjeb qabel spara fil-baxx pero Mosta reġgħu sabu lill-gowlkiper ta’ Lija attent li b’sejv sabiħ dawwar f’korner.

Il-pressjoni ta’ Mosta sarfet f’gowl fil-31 minuta meta’ Thomas krossja minn naħa xellugija fil-kaxxa iż-żgħira, b’Bonnici ħareġ u tajjar iżda il-ballun waqa f’saqajn iż-żagħżugħ Dexter XUEREB li b’xutt sabiħ mallewel tefgħa fix-xibka wara li kien mejjun mil-lasta.

L-aħħar azzjoni ta’ l-ewwel taqsima waslet għal darba oħra minn naħa ta’ Mosta, meta’ l-iżgħar plejer magħżul ma’ l-ewwel ħdax minn Johann Scicluna, Zac BRINCAT skurja gowl stupend fir-rokna tax-xibka li ħalla lil Bonnici iħares.

Azzjoni personal ta’ FERREIRA fit-53 minuta waslet għat-tielet gowl Mosti wara li dan tal-aħħar dahar ma’ tlett difensuri ta’ Lija qabel tefa’ fil-baxx wara Bonnici.
Ir-risposta ta’ Lija waslet sitt minuti wara minn xutt ta’ Bello Osagie, wara li daħal tajjeb, li kien devjat qabel ħabat mal-lasta.

Fis-67 minuta waslet l-aħjar fazi tal-partita għat-tim ta’ Lija, l-ewwel b’kross tas-sostitut Carl Cassar li kien indirizzat lejn il-lasta Mostija, bil-gowlkiper isalva il-ballun b’akkrobazija. Minuta wara McAlistair Clinch ittanta xortih iżda sab lil Vella attent qabel il-ballun reġa’ ġie għand Lija li ixxutjaw ċentrali, din id-darba Andreas Vella żamm il-ballun biex waqqaf il-periklu.

Hekk kif kienu għaddew id-90 minuta Lija skurjaw l-ewwel gowl tagħhom ta’ l-istaġun meta Djamel LEEFLANG spara xutt b’saħtu li ġie mxellef qabel daħal fix-xibka.