Internazzjonali

L-IRAQ: Viċin li jieħdu belt oħra lill-ISIS

Il-qawwiet tal-Iraq huma qrib li jaħtfu lura l-belt ta’ Tal Afar mingħand it-terroristi tal-ISIS, wara sitt ijiem ta’ ġlied intensiv.

Il-militar Iraqi kines lill-militanti mill-kwartieri ħdejn iċ-ċittadella antika ta’ dik il-belt u miz-zoni tal-madwar, fejn qed jidher viċin ir-rebħa finali anki jekk  għadhom għaddejjin il-konfronti  mal-limiti ta’ Tal Afar lejn in-nofsinar.

Il-belt ta’ Tal Afar, li tinsab mal-fruntiera tas-Sirja, hi fost l-aħħar fortizzi tal-ISIS li għad fadal fl-Iraq. L-aħħar offensiva qed issir wara l-azzjoni militari fit-tul ta’ ġimgħat ilu fejn l-Armata Iraqqija keċċiet lill-militanti tal-ISIS mill-belt importanti ta’ Mosul.