L-appell li għamlu l-Patrijiet Franġiskani lbieraħ għall-ġenerożità u l-għajnuna finanzjarja tal-pubbliku biex tinġabar l-ispiża kbira meħtieġa għat-tiswijiet u l-bini mill-ġdid ta’ parti mis-saqaf li ċeda sbieħ l-Erbgħa li għadda, jiddomina l-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon tal-lum. Stejjer oħra ewlenin jittrattaw ir-rabja tas-Siġġiwin dwar żvilupp esaġerat propost mill-Gvern fil-lokalità tagħhom hekk kif se ssir laqgħa pubblika organizzata mill-Kunsill Lokali dwar din il-kwistjoni li l-Kunsill għandu mal-Gvern.
Ritratt fl-ewwel faċċata tal-ġurnal juri s-sigurtà kbira li hemm mal-bliet tal-Italja li hi mhedda b’attakki terroristiċi simili għal dak li seħħ f’Barċellona l-ġimgħa l-oħra.
Storja oħra mill-Qorti tittratta x-xhieda li ngħatat fil-Qorti mill-eks-Avukat Patrick Spiteri li waqt li qed jitlob għall-ħelsien mill-arrest, jiddikjara li hu impossibbli jaħdem fuq id-difiża tiegħu minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tal-ħabs u li qed jaffettwawlu wkoll saħħtu.
Fil-kummentarju ta’ kull nhar ta’ Sibt ta’ Victor Camilleri, tingħata analiżi ta’ x’fisser Gvern Nazzjonalista meta Eddie Fenech Adami reġa’ poġġa lil Malta mad-dinja ħielsa, bil-President Amerikan Ronald Raegan jirrikonoxxi li Malta, taħt Eddie Fenech Adami, kienet mill-ġdid fdata wara snin li fihom il-politika ta’ Malta taħt Gven Laburista kienet mheżża minn tnaqqir tad-drittijiet demokratiċi u minn politika barranija li tqarreb pajjiżi bħal Libja, il-Korea ta’ Fuq u l-Unjoni Sovjetika.
//= $special ?>