Futbol Sport

Temile jmexxi lil Sliema lejn rebħa faċli

George Cassar

NAXXAR L…….1
SLIEMA W…….5

Naxxar L.: O. Borg, A. Buhagiar, R. Cassar, A. Lo, M. Botta, R. Grech, M. Fenech (J. Debono 55’), M. Micallef, D. Falzon, D. Bonnici (T. Nappa Licari 59’), Y. Messias (G. Nagaoka 86’)
Sliema W.: G. Sarao, A. Muscat, R. Correa (D. Micallef 64’), N. Gavric, S. Biancardi, P. Xuereb, G. Aquilina, M. Scerri (L. Motta 75’), J. Mintoff (M. Muchardi 46’), R. Spiteri, F. Temile
Imwissija: R. Grech 39’ (N), A. Muscat 43’ (S), M. Scerri 45’(S), D. Falzon 64’ (N), G. Aquilina 85’ (S)
Imkeċċi: A. Lo 55’ (N)
Skurjaw: F. Temile 8’ (S), R. Spiteri 12’ (S), Y. Messias (N), F. Temile 66’ (S), A. Muscat 82’ (S), P. Xuereb 90’ (S)
Referì: M. Degabriele
Referis Assistenti: T. Debono, S. Attard
Il-plejer tal-logħba: F. Temile (S)
Attendenza: 569

Frank Temile mexxa lil Sliema lejn rebħa faċli fuq Naxxar Lions li għamlu kważi taqsima sħiħa jilagħbu bi plejer inqas.
Wara li ġimgħa ilu kienu miżmuma minn Senglea Athletic, il-Wanderers riedu jkunu ċerti li ma jippermettux sorpriża oħra minn tim neopromoss ieħor.
Il-kowċ Naxxari Dennis Fenech għandu għalxiex jinkwieta fuq il-kwalità tad-difiża li ma kienet reattiva xejn u ħalliet ħafna spazji għall-immanuvrar tal-attakkanti Slimiżi Frank Temile u Ryan Spiteri li kienu ferm attivi fl-attakk.
F’inqas minn kwarta Sliema kellhom diġà vantaġġ doppju wara biss tnax-il minuta. Wara tmien minuti Frank TEMILE ssupera lid-difensur Ameth Lo li donnu li kien għadu ma ħariġx għal-logħba, u minkejja l-ħarġa tal-gowlkiper Omar Borg, l-attakkant Slimiż xorta rnexxielu jiftaħ l-iskor.
Erba’ minuti wara, minn kross mil-lemin ta’ Mintoff, Ryan Spiteri antiċipa lid-difensur Naxxari Marco Botta u skorja bir-ras.
Ħames minuti qabel intemmet l-ewwel taqsima, Naxxar skurjaw il-gowl tal-moral minn freekick dirett minn tliet kwarti ta’ grawnd ta’ Yuri MESSIAS li qabad lill-gowlkiper Giuseppe Sarao barra minn postu.
Għaxar minuti fuq it-tieni taqsima Naxxar heddew ukoll għall-gowl tal-parità meta Falzon laqat il-lasta mill-viċin wara kross ta’ Buhagiar.
Madankollu t-tamiet tal-Lions naqsu ħafna hekk kif Ameth Lo għamel daħla ferm traskurata minn wara fuq Temile u tkeċċa ġustament mir-referì Degabriele.
Frank TEMILE baqa’ jisraq l-attenzjoni u fis-66 minuta avvanza max-xellug, iċċentra u spara missila fis-saqaf tax-xibka ta’ Borg biex għaqqad doppjetta.
Wara li n-Naxxarin reġgħu laqtu l-lasta minn Jurgen Debono, tmien minuti mit-tmiem, Alex MUSCAT qabad id-difiża Naxxarija waqt nagħsa ħelwa, għadda minn bejnha u skurja r-raba’ gowl Slimiż.
Ftit qabel ma skadew id-disgħin minuta, Peter XUEREB żdied ukoll mal-lista tal-iskorers meta wara korner ta’ Spiteri, antiċipa lill-gowkiper Naxxari u għaqqad ċinkwina Slimiża.