Luxol kitbu isimhom fl-istorja hekk kif saru l-ewwel klabb Malti tal-Futsal li kkwalifika għall-ewwel rawnd tal-UEFA Futsal Cup. Dan wara li rebħu l-grupp preliminari bi tliet rebħiet minn tliet logħbiet u spiċċaw l-ewwel fil-grupp b’sitt punti.
Is-Sibt filgħaxija huma temmew l-impenji tagħhom minn Grupp Ċ ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizjoni f’Linz fl-Awstrija b’rebha ta’ 3-1 kontra c-champions Iżraeljani Maccabi Tel Aviv.
Iċ-champions Maltin kienu diġa’ skurjaw it-tliet gowls sal-mistrieħ.
Kristijan Grbesa fetah l-iskor għal Luxol wara biss żewġ minuti u 20 sekonda. Ftit wara rdoppja Zvezdan Vukovic qabel ma wasal il-gowl tat-it-3-0 għal Luxol skurjat milll-captain Mark Zammit.
Maccabi naqqsu d-distakk b’gowl ta’ Adam Cohen imma ma setgħux iwettqu rimonta.
//= $special ?>