L-Istat Amerikan ta’ Texas ġarrab l-impatt tal-Uragan Harvey li ġġenera rwiefen b’veloċità ta’ 215 kilometru fis-siegħa u fejn l-agħar inħawi milquta kienu z-zoni maġenb il-kosta.
Il-maltemp kien l-aktar qawwi li qatt laqat it-territorju f’dawn it-tnax il-sena, fost ix-xita qliel, u bil-President Amerikan Donald Trump jikkonferma għajnuna federali għal ‘żoni ta’ emerġenza’.
Mistenni għargħar rekord u katastrofiku fir-reġjuni ta’ Texas minkejja li, fl-aħħar sigħat, laħqet naqset il-qilla tal-uragan.
Baqa’ ukoll il-periklu ta’ telf ta’ ħajja mill-elementi fost indikazzjonijiet li xi residenti spiċċaw maqbudin f’bini meqruda u meta għexieren ta’ eluf ta’ djar spiċċaw mingħajr dawl.
//= $special ?>

