Fl-‘early voting’ mill-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali vvutaw b’kollox 128 persuna.
Il-votazzjoni saret ilbieraħ matul il-ġurnata bħala parti mill-ewwel round tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjnalista. Fl-ewwel round, jivvutaw il-Kunsilliera kollha tal-Kunsill Ġenerali.
Sal-Ġimgħa 25 ta’ Awwissu fis-6pm, kienu ġabru d-dokument tal-vot 920 Kunsillier. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista avża li l-Kunsillieri li għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot, jistgħu jagħmlu dan mid-Dar Ċentrali bejn it-Tnejn 28 ta’ Awwissu u l-Ħamis 31 ta’ Awwissu.
Il-votazzjoni fl-ewwel round tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista ssir nhar is-Sibt li ġej 2 ta’ Settembru bejn it-8 ta’ filgħodu u d-9 ta’ filgħaxija fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà u bejn it-8 ta’ filgħodu u t-8 ta’ filgħaxija fis-Subheadquarters f’Ta’ Sannat Għawdex. It-tieni round fil-Kunsill Ġenerali, jekk ikun hemm bżonn, isir l-għada l-Ħadd 3 ta’ Settembru fl-istess ħinijiet u postijiet.
Fis-16 ta’ Settembru, imbagħad, issir l-għażla tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista mit-tesserati kollha tal-Partit Nazzjonalista, minn fost iż-żewġ finalisti li jikkwalifikaw.
//= $special ?>