Sport Sport Ieħor

Andrea Dovizioso jitla’ fil-quċċata tal-klassifika tal-Moto GP

Andrea Dovizioso jiċċelebra wara li rebaħ f'Silverstone (Ritratt; EPA)

Is-sewwieq tad-Ducati Andrea Dovizioso rnexxielu jirbaħ il-Grand Prix tal-Gran Britannja u ħa post Marc Marquez fil-quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa wara li l-Ispanjol ma spiċċax it-tiġrija.

Dovizioso ħa l-vantaġġ minn Valentino Rossi bi tliet dawriet għat-tmiem biex kiseb ir-raba’ rebħa fl-2017. It-Taljan issa jinsab disa’ punti vantaġġ fuq Marquez li waqaf b’seba’ dawriet għat-tmiem.

Maverick Vinales tal-Yamaha, bis-seba’ darbiet champion Valentino Rossi jispiċċa t-tielet qabel Cal Crutchlow.

Għal Rossi, din kienet it-300 tiġrija fl-ogħla klassi u kellu ċans tajjeb li jikseb id-90 rebħa meta mar fuq quddiem fl-ewwel dawra wara li qabeż lil Marquez. Iżda l-vantaġġ tiegħu beda jonqos mal-ħin, b’Dovizioso u Vinales jersqu qrib, bil-kompatrijott jitla’ fl-ewwel post.

Wara t-tiġrija, Rossi qal li kien kuntent għaliex xtaq li jispiċċa fuq il-podju u sostna li kellu tiġrija tajba. Dovizioso żied jgħid li huma kompetittivi ħafna fil-kundizzjonijiet tat-tiġrija u qal li fl-aħħar żewġ dawriet ta kollox. Hu ammetta li ma kienx veloċi biżżejjed iżda rnexxielu jirbaħ il-battalja ma’ Vinales.

It-tiġrija li jmiss hi f’Misano l-Italja fl-10 ta’ Settembru.

Klassifika tas-Sewwieqa

Andrea Dovizioso  183 punt

Marc Marquez      174 punt

Maverick Vinales 170 punt

Valentino Rossi    157 punt

Dani Pedrosa        148 punt

Johann Zarco       109 punt

Jorge Lorenzo       90 punt

Cal Crutchlow      89 punt

Jonas Folger         77 punt

Danilo Petrucci     75 punt

Tags