“Xi minn daqqiet meta nara l-proposti, anka li jiġu quddiem il-Parlament, ma jgħamlux sens!” . Dan qalu l- Kandidat għall-elezzjoni ta Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Frank Portelli f’filmat għall-media.
Frank Portelli ġab eżempju b’liġi li tagħmel sens, bħal dik li biha tbaxxa l-livell ta’ alkoħol fid-demm fejn jekk wieħed jaqbeż il-limitu ta’ alkoħol fid-demm, jaqla’ ċitazzjoni, jitlef il-liċenzja jew jeħel xi piena simili. Qal li din il-liġi tagħmel sens għal dak li jkun ikun ħaqqu għax ma jkunx fil-kontroll u jista’ joqtol lil xi ħadd.
Madanakollu, dwar l-użu ta’ droga rikreazzjonali, Frank Portelli qal li din ma tagħmilx sens.
“Mela aħna rridu liż-żagħżaħ tagħna jmorru u jieħdu d-droga?” staqsa Frank Portelli. Hu kompla jgħid li l-kannabis għandha l-użu tagħha u li hu jemmen li għandna nilliċenzjawha, u tingħata mit-tobba b’riċetta lil xi ħadd li għandu xi marda serja, xi uġiegħ, xi kanċer, għax hawn tista’ tgħin, imma għandh tkun liċenzjata u kontrollata bħad-drogi l-oħrajn, bħall-morfina, l-pethidine u l-valium. “Jekk tkun marid, tista’ tgħinek f’ċertu tipi ta kanċer, allura għandna nużawħ hemm, imma mhux għar-rikreazzjoni,” żied jgħid.
“Iġġibilniex liġijiet bħal dawn f’pajjiżna għax qed iġġennen liż-żgħażagħ tagħna,” qal Frank Portelli. Portelli qal li dan mhux qed jgħidu hu biss, iżda anke oħrajn, bħall-Aġenzija Sedqa u l-psikjatri.
//= $special ?>