Lokali Qorti

Jammetti li hedded li jippubblika ritratti tal-eks tfajla tiegħu

Żgħażugħ ta’ 17-il sena mill-Imtarfa instab ħati wara li ammetta li hedded li juri ritratti indiċenti tat-tfajla tiegħu. L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li ordnat li ż-żagħżugħ jinżamm fuq probation għal sentejn.

Fil-qorti nstema’ kif tfajla ġiet mhedda li ritratti tagħha għarwiena jkunu ppubblikati fuq il-midja soċjali. Ir-ritratti ntbagħtu liż-żagħżugħ meta kienu għadhom f’relazzjoni flimkien. Hu kien akkużat li kellu materjal indiċenti kif ukoll li kien fil-ħsieb li jużahom. Il-qorti ordnatlu li ma jikkuntattjax lil eks-tfajla tiegħu.

Iż-Żagħżugħ ma tniżżilx fir-reġistru ta’ persuni ħatja ta’ reati sesswali minħabba li għadu minorenni. L-avukat Robert Galea deher għall-akkużat filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Busuttil