Wieħed mill-ikbar bastimenti tal-merkanzija fid-dinja, il-Munich Maersk, daħal fil-Port Ħieles ta’ Malta bħala parti mill-vjaġġ inawgurali tiegħu. Dan huwa wkoll l-akbar bastiment tal-merkanzija li qatt daħal Malta.
Dan il-bastiment huwa kbir daqs erba’ grounds tal-football, b’tul ta’ 399 metru u wisa’ ta’ 58.6 metri. Il-bastiment kapaċi jġorr 20,568 kontejner f’daqqa.
Fi stqarrija, il-Port Ħieles qal li s-suq tal-bastimenti merkantili qed jinbidel b’ritmu mgħaġġel, u l-Port Ħieles qed jagħmel l-almu tiegħu biex jinbidel miegħu sabiex jibqa’ jkun kompetittiv.
//= $special ?>