Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju fiċ-ċirkwit Spa-Francorchamps wara ġlieda kontinwa mal-isfidant dirett għar-rebħ tal-kampjonat Sebastian Vettel. Iż-żewġ sewwieqa ssieltu tul il-Grand Prix, bil-Britanniku jibqa’ dejjem fuq quddiem u kkontrolla l-isfida tal-Ġermaniż.
Fit-tielet post daħal l-Awstraljan tar-Red Bull Daniel Ricciardo, segwit minn Kimi Raikkonen tal-Ferrari u Valtteri Bottas.
Fil-klassifika ġenerali, Sebastian Vettel għadu fuq quddiem b’220 punt, segwit minn Lewis Hamilton b’213 punt, Valtteri Bottas b’179 u Daniel Ricciardo b’132 punt.
//= $special ?>