Lokali

Operazzjoni ta’ salvataġġ għal bugħaddas

Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta kellu jwettaq operazzjoni ta’ salvataġġ għal bugħaddas li kellu bżonn l-għajnuna.

Il-bugħaddas kien qed jogħdos imma malli tela’ lura fuq il-bastiment, sar magħruf li kellu bżonn l-għajnuna. Kien f’dak il-ħin li ntalbet l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta li bagħtu ħelikopter biex jevakwa lil din il-persuna bl-arju.

Il-bugħaddas ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.