Raġel ta’ 30 sena li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far kien ikkundannat għal sentejn ħabs, sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li staħba fil-gallarija ta’ mara f’San Ġiljan, u li kien f’relazzjoni magħha, bil-ħsieb li jisraqha.
Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, Omar Muhammad Husayn Mustafa kien mixli li tela’ fil-gallerija tal-mara u għamel xi ħsara lil propjeta` tagħha fil-proċess. Hu kien ukoll akkużat li kien fis-sakra fil-pubbliku.
Mustafa, li jinsab bla xogħol kien assistit mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Josette Sultana.
//= $special ?>